Il-21 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (66:18-21)
Dan jgħid il-Mulej: «Għad niġi niġbor il-ġnus kollha, u l-popli ta’ kull ilsien; dawn jiġu u jaraw is-sebħ tiegħi.
Jiena ngħolli għalihom sinjal, u nibgħat lil xi wħud mill-fdal ta’ Israel għand il-ġnus, f’Tarsis, Put, Lud u Mesek, Ros, Tubal u Ġawan, u lejn ix-xtut imbiegħda li qatt ma semgħu bija, u qatt ma raw is-sebħ tiegħi, u huma jxandru s-sebħ tiegħi qalb il-ġnus.
U jġibu lil ħutkom kollha minn kull ġens, bħala offerta lill-Mulej; iġibuhom fuq żwiemel u karrijiet, fuq suġġetti u bgħula u iġmla, għal fuq il-muntanja qaddisa tiegħi, f’Ġerusalemm, jgħid il-Mulej: bħalma wlied Israel iġibu l-offerti tal-qmuħ tagħhom f’ġarar indaf fit-tempju tal-Mulej.
U lil xi wħud minnhom neħodhom b’qassisin u leviti, jgħid il-Mulej.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 25 ta’ Awwissu: Ferja / San Ludoviku IX, sultan ta’ Franza (T) / San Ġużepp Calasanz, presbiteru (T). Qari: 1 Tessalonkin 1:1-5.8b-10; Salm 149:1-6a.9b; Mattew 23:13-22.
■ It-Tlieta 26 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: 1 Tessalonkin 2:1-8; Salm 138:1-6; Mattew 23:23-26.
■ L-Erbgħa 27 ta’ Awwissu: Santa Monika (TO). Qari: 1 Tessalonkin 2:9-13; Salm 138:7-12ab; Mattew 23:27-32.
■ Il-Ħamis 28 ta’ Awwissu: Santu Wistin, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Tessalonkin 3:7-13; Salm 89:3-4.12-14.17; Mattew 24:42-51.
■ Il-Ġimgħa 29 ta’ Awwissu: Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista (TO). Qari: Ġeremija 1:17-19; Salm 70:1-6.15.17; Mark 6:17-29.
■ Is-Sibt 30 ta’ Awwissu: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’Jum is-Sibt (T). Qari: 1 Tessalonkin 4:9-11; Salm 97:1.7-9; Mattew 25:14-30.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.