Il-21 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-21 Ħadd matul is-sena Ċ
FTIT HUMA DAWK LI JSALVAW?

Ħadd ma jista’ jwieġeb din il-mistoqsija. Dan Alla jafu. Iżda jeħtieġ li nżommu quddiem għajnejna li Alla huwa Salvatur u jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw. Biex isalva, il-bniedem irid jaċċetta f’ħajtu lis-Salvatur, Sidna Ġesù Kristu. Is-silta tal-lum tfakkarna li l-mexxejja tal-Lhud ma aċċettawx lil Ġesù bħala l-Messija Bin Alla l-ħaj, u seħħilhom jinfluwenzaw parti mill-poplu Lhudi li baqgħu ma aċċettawx lil Ġesù. Għalhekk il-Mulej fetaħ il-bibien għal kulħadd għax is-salvazzjoni li jagħti hu hi universali. Għalhekk ġew nies mil-Lvant u l-Punent, it-Tramuntana u n-Nofsinhar u qagħdu fuq il-mejda fis-Saltna ta’ Alla. U dawn li kienu jgħoddu lilhom infushom ma’ dawk tal-ewwel spiċċaw l-aħħar. Dan id-diskors illum Ġesù qed jagħmlu lilna lkoll: biex nidħlu fis-Saltna jeħtiġilna ningħaqdu ma’ Ġesù u b’hekk inkunu ġa dħalna fis-Saltna, fost dawk li jsalvaw, minn din id-dinja stess.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content