Il-21 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-21 Ħadd matul is-sena Ċ
NGĦADDU MINN BIEB DEJJAQ
 
“Huma ħafna dawk li jsalvaw?” Il-fidil devot li jagħmel il-mistoqsija, li żgur li qiegħed lilu nnifsu fil-grupp ta’ dawk li jalvaw, ma jafx f’liema labirint daħal.

Hija t-tentazzjoni li tolqot lilna d-dixxipli, l-aktar nett lilna l-Kattoliċi, meta nitilfu d-dimensjoni tal-istennija, l-ansja tad-dixxipulat, meta nemmnu li l-ħitan tal-belt huma daqshekk b’saħħithom li ma jeħtieġu ebda għassa. Jiġi fuqna d-dixxipli bħal kankru, meta, wara esperjenza qawwija ta’ Alla, inħossuna f’daqqa waħda li dħalna fi grupp ieħor, u nħarsu lejn “l-oħrajn” bi bruda, dawk li ma jifhmux, li ma jafux, dawk li mxew f’toroq oħra ta’ Knisja, dawk li nhar ta’ Ħadd, fil-Quddiesa, jiddejqu u ma jidħlux fl-aspett ġewwieni, dawk li, minn barra, ma jifhmuniex u jattakkawna, jinsultawna, iweġġgħuna, jiġġudikawna. Lejna, illum, Alla jdawwar il-Kelma niggieża tiegħu. Biex inżommu l-fidi ħajja jeħtiġilna nagħmlu sforz, jgħid il-Mulej, jeħtiġilna ngħaddu minn bieb dejjaq. Il-ħajja nżul u tlajja’, hemm waqtiet fil-għoli u hemm tbatijiet kbar, iżda m’hemm mod ieħor kif tgħix. Ejjew nimxu t-triq li mexa Ġesù l-ewwel wieħed, dik tal-awtentiċità li twassalna għall-fidi f’Alla tal-ħniena.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content