Go to content

Il-21 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-21 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (22:19-23)

Dan jgħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: «Inwarrbek minn postok, u nneħħik minn fejn qiegħed. Dakinhar insejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljakim, bin Ħilkija, illibbsu l-libsa tiegħek, u nħażżmu bit-terħa tiegħek, u nagħtih f’idejh il-ħakma tiegħek. U jkun missier għal min jgħammar f’Ġerusalemm, u għad-dar ta’ Ġuda. Inqiegħed muftieħ dar David fuq spallejh. Jiftaħ hu, u ħadd ma jagħlaq; jagħlaq hu, u ħadd ma jiftaħ. U nwaħħlu bħal musmar ma’ ħajt fis-sod, u jkun tron glorjuż għal dar missieru.»
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 24 ta’ Awwissu: San Bartilmew, appostlu (F). Qari: Apokalissi 21:9b-14; Salm 144:10-13.17-18; Ġwanni 1:45-51.
It-Tlieta 25 ta’ Awwissu: Ferja / San Ludoviku IX, sultan ta’ Franza (T) / San Ġużepp Calasanz, presbiteru (T). Qari: 2 Tessalonkin 2:1-3a.13-17; Salm 138:1-3.4-6; Mattew 23:23-26.
L-Erbgħa 26 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: 2 Tessalonkin 3:6-10.16-18; Salm 127:1-2.4-5; Mattew 23:27-32.
Il-Ħamis 27 ta’ Awwissu: Santa Monika (TO). Qari: 1 Korintin 1:1-9; Salm 89:3-4.12-14.17; Mattew 24:42-51.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu: Santu Wistin, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Korintin 1:17-25; Salm 32:1-2.4-5.10ab.11; Mattew 25:1-13.
Is-Sibt 29 ta’ Awwissu: Il-Martirju ta’ San Ġwann il-Battista (TO). Qari: Ġeremija 1:17-19; Salm 70:1-6.15.17; Mark 6:17-29.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira; F = Festa.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content