Il-21 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
IL-21 Ħadd matul is-sena - Sena A
IS-SMIGĦ U T-TALB

Kif tasal għall-għarfien veru ta’ Kristu? Żgur li għandha l-importanza tagħha r-riflessjoni, il-qari, il-fili tal-Kotba Mqaddsa, l-għemejjel tajba, u l-bqija. Iżda f’dan l-għarfien hemm waqt u pass fundamentali li hu l-aktar pass importanti: dak li wieħed jagħmel il-wisa’ għall-Missier li jagħraf l-Iben fina huwa u jgħinna nagħrfuh bħala «Messija, Bin Alla l-ħaj». Ma nitqarrqux: din il-konklużjoni mhi qatt sempliċi deduzzjoni. Qatt mhi l-frott ta’ xi raġunar li jitlaq minn premessa u jasal għal konklużjoni. Ġesù dan jgħidu ċar u tond lil Pietru (u permezz tiegħu lilna lkoll): «Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.» L-għarfien ta’ Kristu huwa grazzja li nħejju għaliha bis-smigħ u t-talb, għax it-talb, qabel ma wieħed jiftaħ fommu, huwa ftuħ ta’ widnet il-qalb. Mela ejjew nitolbu bil-ħerqa: Tkellem, Missier, fejjaq il-widnejn torox tiegħi, iftaħli l-għajnejn ta’ qalbi għal għarfien veru u mġedded ta’ Ġesù, Ibnek, «Mulej tiegħi u Alla tiegħi».
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content