Il-21 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-21 Ħadd matul is-sena - Sena A
ĠESÙ U XMUN PIETRU

Min hu Ġesù? Profeta kbir? Xi ħadd li mar żmerċ? Idealista? Wieħed minn dawk li kull tant żmien jiġu jkebbsu t-tama fil-qlub ta’ bnedmin dgħajfa u bla tama?

«Int min tgħid li jien?» Xmun is-sajjied issogra, ħa pożizzjoni. Ġesù huwa bniedem mimli bis-seħer u l-misteru. Aktar minn hekk. Huwa profeta. Aktar minn hekk. Huwa l-Messija. Aħna din malajr ngħiduha. Iżda għal min kien hemm miegħu, mal-mastrudaxxa ta’ Nazaret, din l-istqarrija mhux lakemm wieħed jasal għaliha. Għal Xmun li tgħid li Ġesù huwa l-Messija hija qabża fid-dlam. U Ġesù jroddlu l-favur. Xmun qal lil Ġesù: “Inti Kristu,” jiġifieri: “Inti l-Messija li konna nistennew.” Hija stqarrija sabiħa, tajba u kuraġġuża. Ġesù wieġbu: “Inti Pietru.” Xmun ma kienx jaf li hu Pietru. Kien jaf li hu rasu iebsa u vjolenti. Iżda meta għaraf li Ġesù huwa Kristu, hu kixef il-wiċċ ġdid tiegħu, dimensjoni li għalih ma kinitx magħrufa, li twasslu biex ikun rahan tal-fidi soda ta’ ħutu. Pietru juri li Ġesù huwa Kristu, Ġesù juri lil Xmun li hu Pietru. Tibdil ta’ kumplimenti. Meta noqorbu lejn il-misteru ta’ Alla, nikxfu wiċċna; meta noqorbu lejn il-Verità ta’ Alla tingħatalna l-verità fuqna nfusna. Meta nistqarru l-identità ta’ Kristu, hu jroddilna l-identità profonda tagħna. Alla ta’ Ġesù mhuwiex f’kompetizzjoni mal-bniedem.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content