Il-15 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju (30:10-14)
Mosè kellem lill-poplu u qal: «Il-Mulej jifraħ bik u jagħmel il-ġid miegħek, jekk int tisma’ l-kelma tal-Mulej, Alla tiegħek, u tħares l-ordnijiet tiegħu u l-liġijiet miktuba fil-ktieb ta’ din il-liġi; jekk terġa’ lejn il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.
Din il-liġi li qiegħed nagħtik illum, mhijiex tqila għalik u anqas ’il bogħod minnek. Mhijiex fis-sema biex int tgħid: “Min sa jitlgħalna s-sema jġibhielna u jsemmagħhielna u nagħmluha?” U anqas ma hi ’l hemm mill-baħar biex int tgħid: “Min sa jmur ’l hemm mill-ibħra u jġibhielna, u jsemmagħhielna, u nagħmluha?” Imma din il-ħaġa hi qribek sewwa f’fommok u f’moħħok, biex tagħmilha.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 14 ta’ Lulju: Ferja / San Kamillu de Lellis, presbiteru (T). Qari: Eżodu 1:8-14.22; Salm 123:1-3.4-8; Mattew 10:34–11:1.
■ It-Tlieta 15 ta’ Lulju: San Bonaventura, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Eżodu 2:1-15a; Salm 68:3.14.30-31.33-34; Mattew 11:20-24.
■ L-Erbgħa 16 ta’ Lulju: L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu (T). Qari: 1 Slaten 18:42-45; Salm 14:1-4 jew Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Ġwanni 19:25-27 jew Mattew 12:46-50.
■ Il-Ħamis 17 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Eżodu 3:13-20; Salm 104:1.5.8-9.24-27; Mattew 11:28-30.
■ Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Eżodu 11:10–12:14; Salm 115:12-13.15-16bċ.17-18; Mattew 12:1-8.
■ Is-Sibt 19 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Eżodu 12:37-42; Salm 135:1.23-24.10-12.13-15; Mattew 12:14-21.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.