Il-15 Ħadd matul is-sena Ċ
SAMARITANI TAJBIN
«B’kumbinazzjoni»: it-tliet persunaġġi li jissemmew fil-Vanġelu tal-lum – il-qassis, il-kittieb u s-Samaritan – ma kellhomx f’moħħhom li jiltaqgħu ma’ dak l-imsejken li ddobba xebgħa li ħallietu fi tmiem ħajtu mingħand xi ħallelin. «B’kumbinazzjoni»: minn naħa, il-proxxmu hu dak li naħbtu miegħu bla ma nkunu nistennew, aħna u mexjin fit-toroq tal-ħajja. Hu dak li aħna ma nagħżluhx, iżda li nsibuh f’xenarju ta’ realtà li seta’ kellha eluf ta’ varjanti, iżda li b’mod konkret huwa dan. «Resaq lejh»: min-naħa l-oħra, il-proxxmu hu dak li nagħżluh, li lilu nagħtu attenzjoni u nduru bih. Insibu ruħna qrib u nersqu qrib: huma żewġ modi li jbiddlu l-ħajja minn fatt li donnu jinagħtu d-destin f’għażla u żmien salvifiku. Il-qawwa li ssir proxxmu tiġi minn dak li għażel għax ried hu l-ħajja tagħna umana u bil-ġrieħi tiegħu fejjaq il-ġrieħi tagħna. Fi kliem ieħor, il-qawwa tagħna li nkunu Samaritani tajbin nistgħu nġibuha mil-laqgħa mas-Samaritan it-Tajjeb li żar u fejjaq ħajjitna.