Go to content

Il-15 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-15 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (55:10-11)

Dan jgħid il-Mulej: “Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet, u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-art, imma jġegħluha tnissel u tnibbet, u tagħti ż-żerriegħa lil min jiżra’ u l-ħobż lil min jiekol, hekk jiġri minn kelmti: hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.”
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju.
It-Tnejn 13 ta’ Lulju: Ferja / San Enriku (T). Qari: Iżaija 1:10-17; Salm 49:8-9.16bċ-17.21.23; Mattew 10:34-11.
It-Tlieta 14 ta’ Lulju: Ferja / San Kamillu de Lellis, presbiteru (T). Qari: Iżaija 7:1-9; Salm 47:2-8; Mattew 11:20-24.
L-Erbgħa 15 ta’ Lulju: San Bonaventura¸ isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Iżaija 10:5-7.13-16; Salm 93:5-10.14-15; Mattew 11:25-27.
Il-Ħamis 16 ta’ Lulju: L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu (TO). Qari: 1 Slaten 18:42-45; Salm 14:1-4 jew Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Ġwanni 19:25-27 jew Mattew 12:46-50.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Iżaija 38:1-6.21-22.7-8; Iżaija 38:10-12.16; Mattew 12:1-8.
Is-Sibt 18 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Mikea 2:1-5; Salm 9:22-25.28-29.35; Mattew 12:14-21.

T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.




ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content