Il-15 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-15 Ħadd matul is-sena - Sena A
IŻ-ŻERRIEGĦA

Il-parabbola qisha l-ftila ta’ xemgħa: tiswa ftit flus, b’danakollu, għad li tagħti dawl baxx, biha tista’ ssib teżor. Hekk kienu jiktbu r-rabbini ta’ żmien Ġesù.

Tliet taqsimiet minn erbgħa taż-żerriegħa xteħtet fuq l-art il-ħażina: ħafna ma jaqdux, jekk jaqbdu jbatu, jekk ibatu, fl-aħħar, jifgaw. Tliet kwarti. Ġesù tkellem fuq dan f’waqt mhux ħafif tal-missjoni tiegħu, u li fih tabilħaqq kellu l-impressjoni kerha li kliemu tgħawweġ jew intesa. Hija parabbola bi rqajja’ mdallma, problematiċi, donnha l-qawwa tal-predikazzjoni tiegħu ngħelbet mit-tixrid tal-moħħ, mill-inkwiet, mill-ħidma tal-għadu. Iżda l-ħaġa li tgħaġġibna hi li, minkejja dan, is-sid jixħet iż-żerriegħa bil-kotra. Anki fuq il-ġebel, anki fost il-bux. Hija t-teknika taż-żrigħ fi żmien li fih l-ewwel kienet tixtered iż-żerriegħa, imbagħad kienet tinħarat l-art. Iżda dak li jibqa’ minn dix-xbieha huwa l-ottimiżmu ta’ Alla li jissokta jiżra’ l-Kelma tiegħu f’din id-dinja li qiegħda tifgana bil-kliem, kotra ta’ kliem, wisq kliem, li jwaqqagħha f’xhieda ta’ reliġjożità arkajka u popolari, bħallikieku kliemu kien bla siwi, u jġiegħel lil min jitbissem bl-inġenwità tiegħu. Le, il-Kelma mhi xejn inġenwa u tissokta ddawwal, anki jekk taqa’ fuq il-ġebel.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content