It-Tifkira Solenni tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (14:18-20)
F’dak iż-żmien, Melkisedek, sultan ta’ Salem, li kien qassis ta’ El-għeljon, Alla l-għoli, ħareġ bil-ħobż u l-inbid. U bierek lil Abram u qallu: «Imbierek Abram minn Alla l-għoli, li għamel is-sema u l-art. U mbierek Alla l-għoli li reħa f’idejk l-għedewwa tiegħek.»
U Abram tah l-għexur minn kollox.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 23 ta’ Ġunju: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja. Qari: Ġenesi 12:1-9; Salm 32:12-13.18-20.22; Mattew 7:1-5.
■ Djoċesi ta’ Għawdex Tifkira tal-anniversarju tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima (F). Qari: Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Efesin 4:17-18.20-32; 5:1-2; Ġwanni 2:1-11.
■ It-Tlieta 24 ta’ Ġunju: It-Twelid ta’ San Ġwann Battista (S). Qari: Isaija 49:1-6; Salm 138:1-3.13-15; Atti 13:22-26; Luqa 1:57-66.80.
■ L-Erbgħa 25 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: Ġenesi 15:1-12.17-18; Salm 104:1-4.6-9; Mattew 7:15-20.
■ Il-Ħamis 26 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: Ġenesi 16:1-12.15-16; Salm 105:1-5; Mattew 7:21-29.
■ Il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju: Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (S). Qari: Eżekjel 34:11-16; Salm 22:1-3ab.4-6; Rumani 5:5b-11; Luqa 15:3-7.
■ Is-Sibt 28 ta’ Ġunju: Il-Qalb bla tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: Isaija 61:9-11; Salm 1 Samwel 2:1.4.2.8; Luqa 2:41-51.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira, S= Solennità u F = Festa
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.