Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej Ċ
SAGRAMENT TA' ALLA LI JHEŻHIŻNI U JDAWWARNI LEJN ĦIJA
«Ġesù qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallanqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!”». Wieħed mid-difetti tal-ispiritwaliżmu hu d-delegar. U iva, inkun hemm xi ħadd li jaħseb fl-art, filwaqt li jiena nsammar ħarsti fuq is-sema. Iżda jekk il-Ħobż nieżel mis-sema ma jwarrabx u ma jiddelegax lill-providenza għall-ħobż tal-art, dan ifisser li l-ispiritwalità issa għandha parametri preċiżi: l-inkarnazzjoni, il-konkretezza, l-attenzjoni lejn il-proxxmu, lejn il-persuni li tħallew f’idejja. Tikteb il-biblista Rosalba Manes hi u tfisser din is-silta: «Ma tistax tirċievi l-Ewkaristija u tgħix bħal gżira bla ma jimpurtak mid-diffikultajiet ta’ ħaddieħor. Jew aħjar tista’ tirċeviha iżda ma tiċċelebrahiex. Issir rit mhux sagrament.» Aħna u niċċelebraw il-festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu niftakru li l-Ewkaristija hija s-sagrament ta’ Alla li jheżhiżni u jdawwarni lejn ħija.