Go to content

Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (24:3-8)

F’dak iż-żmien, Mosè niżel jgħid lill-poplu kulma qallu l-Mulej u kulma ordnalu. Il-poplu wieġeb b’leħen wieħed u qal: «Kulma qalilna l-Mulej nagħmluh.»
Mosè kiteb il-kliem kollu tal-Mulej, u filgħodu qam, bena altar taħt il-muntanja, u waqqaf tnax-il plier għat-tnax-il tribù ta’ Israel. Imbagħad bagħat xi żgħażagħ minn ulied Israel biex joffru sagrifiċċji u joqtlu għoġiela bħala sagrifiċċji tas-sliem lill-Mulej.
Mosè ħa nofs id-demm u qiegħdu fi bwieqi, u xerred in-nofs l-ieħor fuq l-altar. Imbagħad ħa l-ktieb tal-patt, u qara minnu hekk li seta’ jisimgħu l-poplu. U huma qalu: «Kulma qalilna l-Mulej nagħmluh, u nisimgħu minnu.»
Mosè mbagħad ħa d-demm u, hu u jroxxu fuq il-poplu, qal: «Hawn hu d-demm tal-patt li l-Mulej għamel magħkom skont dan il-kliem kollu.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 3 ta’ Ġunju: San Karlu Lwanga u sħabu, martri (TO). Qari: 2 Pietru 1:2-7; Salm 90:1-2.14-15ab.15ċ-16; Mark 12:1-12.
It-Tlieta 4 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Pietru 3:12-15a.17-18; Salm 89:2.3-4.10.14 u 16; Mark 12:13-17.
L-Erbgħa 5 ta’ Ġunju: San Bonifazju, isqof u martri (TO). Qari: 2 Timotju 1:1-3.6-12; Salm 122:1-2a.2bċd; Mark 12:18-27.
Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju: Ferja / San Norbertu, isqof (T). Qari: 2 Timotju 2:8-15; Salm 24:4bċ-5ab.8-9.10 u 14; Mark 12:28b-34.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju: Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (S). Qari: Ħosegħa 11:1.3-4.8-9; Salm Isaija 12:2-6; Efesin 3:8-12, 14-19; Ġwanni 19:31-37.
Is-Sibt 8 ta’ Ġunju: Il-Qalb bla tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: Isaija 61:9-11; Salm 1 Samwel 2:1.4.2.8; Luqa 2:41-51.

S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content