Gisem u Demm ta' Kristu sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-Ġisem u d-Demm ta' Kristu sena B

IL-KOBOR TAD-DON TA' KRISTU

«“Ħudu, dan hu ġismi”. Imbagħad ħa l-kalċi f’idejh, radd il-ħajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu. U qalilhom: “Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna.”» Il-kobor tad-don tiegħek tal-imħabba, Mulej, jidher wisq aktar f’għajnejna meta nqisu l-kuntest ta’ din l-għotja. Ridna naħtfulek ħajtek, u int tajt lilek innifsek minn jeddek; ridna nsawbu l-mibegħda tagħna fuqek u int xerridt demmek għall-imħabba. Ridna mewtek, u int sirt il-ħajja tagħna. F’dan il-ħobż u f’dan l-inbid, il-preżenza tiegħek siekta fis-sagrament hi r-realtà l-aktar ċara li tgħidilna li «Alla huwa Mħabba», li Alla mhu xejn għajr Imħabba. Hija iebsa għalina li nimitawk, iebsa li nħobbu sa ningħataw, iżda dan hu sewwasew li neħtieġu fil-familji tagħna, fil-ħbiberiji tagħna, fir-rabtiet falluti, fix-xkilijiet li niltaqgħu magħhom fl-imħabba… Li l-għamara tiegħek fostna fil-Ħobż u l-Inbid tbiddlilna qalbna tal-ġebel f’qalb Kristu għax biss jekk int tgħix fina nkunu nistgħu nsiru bħalek.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content