Gisem u Demm ta' Kristu sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-Ġisem u d-Demm ta' Kirstu sena B

“DAN HU ĠISMI. DAN HU DEMMI.”

Id-dixxipli staqsew lill-Imgħallem fejn riedhom iħejjulu għall-ikla tal-Għid Lhudi, li fiha jitfakkar il-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu u l-patt ta’ Alla mal-poplu fuq is-Sinaj. It-tweġiba ta’ Ġesù tinstema’ misterjuża, donnu kien jaf bid-dettalji kollha x’kien sa jiġri. B’dan il-mod l-Evanġelista jrid jurina li Ġesù kien qed imexxi kollox hu, u b’rieda sħiħa u ħielsa, qabel ma jingħata għall-mewt minn jeddu, kien sa jagħmel xi ħaġa biex tibqa’ titfakkar għal dejjem: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Mela issa l-Għid tal-patt il-qadim inbidel f’ieħor tal-patt il-ġdid, li kien sa jsir bid-demm li hu kien sa jxerred għall-kotra, jiġifieri għal kulħadd, fuq is-salib. In-Nisrani jrid jgħix bl-Ewkaristija, għax il-Mulej jgħid: “Min ma jiekolx ġismi u ma jixrobx demmi ma jkollux il-ħajja fih.”


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content