Go to content

Id-29 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Id-29 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (17:8-13)

F’dak iż-żmien, il-poplu ta’ Għamalek qam u tqabad ma’ Israel f’Rafidim.
Mosè qal lil Ġożwè: «Agħżel irġiel u mur tqabad ma’ Għamalek; jien noqgħod wieqaf fuq il-quċċata tal-għolja, bil-ħatar ta’ Alla f’idi.» Ġożwè għamel kif qallu Mosè, u mar jitqabad mal-Għamalekin. Mosè, Aron u Ħur telgħu fuq il-quċċata tal-għolja.
Kull meta Mosè kien jerfa’ jdejh, Israel kien jirbaħ; u kull meta kien iniżżel idejh, kienu jirbħu l-Għamalekin. Meta idejn Mosè bdew jitqalu, ħadu ġebla u qegħduhielu taħtu; u hu qagħad bilqiegħda, waqt li Aron u Ħur żammewlu dirgħajh, wieħed kull naħa. Hekk idejh baqgħu sodi merfugħa sa nżul ix-xemx.
U Ġożwè qered lil Għamalek u l-poplu tiegħu b’xifer ix-xabla.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 20 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Rumani 4:20-25; Salm Luqa 1:69-73.75; Luqa 12:13-21.
It-Tlieta 21 ta’ Ottubru: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja / Djoċesi ta’ Għawdex Sant’Ursola u sħaba, verġni u martri, Protettriċi tad-Djoċesi (TO). Qari: Rumani 5:12.15.17-21; Salm 39:7-10.17; Luqa 12:35-38.
L-Erbgħa 22 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwanni Pawlu II, papa (T). Qari: Rumani 6:12-18; Salm 123:1-4.-6-8; Luqa 12:39-48.
Il-Ħamis 23 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwann minn Capestrano, presbiteru (T). Qari: Rumani 6:19-23; Salm 1:1-4.6; Luqa 12:49-53.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru: Ferja / San Anton Marija Claret, isqof (T). Qari: Rumani 7:18-25a; Salm 118:66.68.76-77.93-94; Luqa 12:54-59.
Is-Sibt 25 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Rumani 8:1-11; Salm 23:1-6; Luqa 13:1-9.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content