Id-29 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Id-29 Ħadd matul is-sena Ċ
NAGĦMLU SPAZJU GĦALL-ĦOLMA TA' ALLA GĦALINA
 
L-imħallef ħażin ta’ dan il-Vanġelu jinsab f’kuntrast kbir max-xbieha li Ġesù jrid iwassal tal-Missier. Alla ta’ Ġesù Kristu huwa Alla ġeneruż, Alla li jixtieq jagħti s-salvazzjoni aktar milli rridu aħna, jew saħansitra, aktar milli nistgħu nixtiequ aħna. Jiena u nirrifletti fuq dal-Vanġelu, nixtieq nistieden lill-qarrej jieqaf fuq is-simbolu tal-għadu tal-armla, dak li minħabba fih il-mara talbet l-għajnuna: «Agħmilli ħaqq kontra l-għadi tiegħi.» Fil-mixja spiritwali, dik il-mixja li biha rridu nafdaw fil-Mulej u nħalluh iħobbna u jgħallimna nħobbu bħalu, min jista’ jkun l-eħrex għadu tagħna nfusna, il-ġrieħi tagħna, l-“ilħna” ġewwiena tagħna li jgħidulna li ma tistħoqqilniex l-imħabba ta’ Alla? Seneka xi elfejn sena ilu, kiteb: «Ma tista’ tixtieq lil ħadd diżgrazzja akbar minn dik li jidħol f’kuntrast miegħu nnifsu.» Jiena nixtieq lili nnifsi u lilek, anzi nitlob lill-Mulej jgħinna negħlbu lilna nfusna biex nagħmlu spazju għall-ħolma u l-pjan ta’ Alla għalina.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content