Id-29 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Id-29 Ħadd matul is-sena Ċ
NINSISTU!

It-talba hija s-santwarju li fih naraw il-wiċċ veru ta’ Alla, il-post fejn ir-ruħ tiltaqa’ ma’ ħajjitna mfarrka u bla loġika. Li wieħed iżomm u jikkultiva ħajja ġewwiena f’dan iż-żmien feroċi, f’Punent li tilef ruħu, huwa att erojku.

L-imħallef tal-parabbola mhuwiex Alla, iżda d-dinja li ma tagħtix kas tat-talb leġittimu tal-armla, li hi l-għarusa ta’ Kristu, il-Knisja. San Luqa kiteb il-Vanġelu tiegħu meta l-komunitajiet Insara tal-bidu kienu mħawdin bil-ġenn tal-Imperatur li ried li jingħata qima bħala alla, u kienu jinsabu bla faraġ u b’qalhom maqtugħa. U Ġesù jgħid lilhom u lilna: komplu itolbu, żommu sħiħa r-rabta li tgħaqqadkom mal-ġewwieni. U aktar ma d-dinja twerżaq u titqalleb aktar inħossu s-sejħa biex ngħammru, ninsistu, u nżommu sħiħ. Aħna msejħin biex ninsistu. Mhux biex nikkonvinċu lil Alla, iżda biex nindmu f’qalbna. Ninsistu biex insaffu qalbna u nagħrfu li Alla mhuwiex imħallef, la ġust u lanqas inġust, iżda missier mill-aktar ħelu. Nisistu mhux biex inbiddlu mill-għeruq il-ħwejjeġ, lanqas biex inbiddlu lilna nfusna, iżda biex fid-dinja naraw il-qalb ta’ Alla li tħabbat. Ninsistu fit-taqbida li ta’ kuljum irridu nitqabdu, bħal Mosè li jitlob biex jirbaħ. Ninsistu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content