Id-29 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Id-29 Ħadd matul is-sena Ċ
NITOLBU BLA WAQFIEN

Bil-parabbola tal-imħallef ħażin, il-Mulej irid jgħallimna ninsistu fit-talb u ma naqtgħux qalbna jekk dak li nitolbu jdum ma jasal. Jgħid il-Vanġelu: “Alla lill-magħżulin tiegħu, li jgħajtulu lejl u nhar, żgur li jagħmlilhom ħaqq.” Jista’ jdum, għax għandu mnejn li ma jkunx il-waqt. Iżda Alla jaf jagħti ħwejjeġ tajba f’waqthom lil min jitlobhomlu. Iżda, min-naħa l-oħra, il-perseveranza fit-talb trid il-fidi. Bla fidi ħadd ma jitlob, għax min sa jitlob lil xi ħadd li ma jemminx fih? Għalhekk Ġesù għamel dik l-isfida li biha jagħlaq il-parabbola: “Taħsbu intom li Bin il-Bniedem sa jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?” Hija mistoqsija li kull wieħed jista’ jweġibha huwa u jħares madwaru. Fid-dinja tal-lum il-fidi mhux biss naqset iżda min għad għandu jħarsu lejh bl-ikrah, iwaqqgħuh għaċ-ċajt u jgħadduh b’antikwat. Din hi r-raġuni għala fid-dinja qegħdin naraw dat-taħwid kollu. Il-fidi naqset, it-talb għab għalkollox, il-kuntatt ma’ Alla nqata’ u l-paċi ntilfet. L-isfida Ġesù jagħmilha lilna li nemmnu: irridu nibqgħu nemmnu bla ma naqtgħu qalbna u nibqgħu nagħtu xhieda ħajja ta’ dak li nemmnu fih.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content