Go to content

Id-29 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
ID-29 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (53:10-11)

Il-Mulej għoġbu jgħakksu bil-mard. Talli joffri ruħu b’sagrifiċċju ta’ riparazzjoni, huwa għad jara nisel u jtawwal jiemu; u r-rieda tal-Mulej isseħħ bih.
Wara t-tbatija tiegħu għad jara d-dawl, jixba’ bit-tagħrif tiegħu. Il-ġust jiġġustifika lill-qaddej tiegħu quddiem il-kotra, u l-ħażen tagħhom jitgħabba bih hu.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
IS-SORU MDEJQA
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 21 ta’ Ottubru: f’Malta: Ferja; Qari:  Efesin 2:1-10, Salm 99:2.3.4.5; Luqa 12:13-21.
f’Għawdex: Sant’Ursola u sħaba, protettriċi tad-djoċesi (TO). Qari: Efesin 2:1-10; Salm 99:2-5; Luqa 12:13-21.
It-Tlieta 22 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwann Pawlu II, papa (T). Qari: Efesin 2:12-22; Salm 84:9-14; Luqa 12:35-38.
L-Erbgħa 23 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwann minn Capestrano, presbiteru (T). Qari: Efesin 3:2-12; Salm Isaija 12:2-6; Luqa 12:39-48.
Il-Ħamis 24 ta’ Ottubru: Ferja / San Anton Marija Claret, isqof (T). Qari: Efesin 3:14-21; Salm 32:1-2.4-5.11-12.18-19; Luqa 12:49-53.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 4:1-6; Salm 23:1-6; Luqa 12:54-59.
Is-Sibt 26 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T). Qari: Efesin 4:7-16; Salm 121:1-5 ; Luqa 13:1-9.

TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content