Id-29 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (45:1.4-6)
Dan jgħid il-Mulej dwar il-midluk tiegħu, dwar Ċiru: «Lilu qbadt minn idu l-leminija biex irrażżan il-ġnus quddiemu u nħoll il-ħżiem ta’ ġenbejn is-slaten; niftaħ il-bibien quddiemu u ebda bieb ma jibqa’ magħluq.
Minħabba Ġakobb, il-qaddej tiegħi, u Israel, il-maħtur tiegħi, jien sejjaħtlek b’ismek. Tajtek isem ta’ ġieħ għad li lanqas tafni. Jien il-Mulej, m’hemmx ieħor ħliefi, m’hemmx Alla ieħor għajri.
Jien ħażżimtek għad li lanqas tafni, biex mnejn titla’ x-xemx safejn tinżel, il-bnedmin jagħrfu li m’hemm ħadd ħliefi. Jiena l-Mulej, m’hemmx ieħor ħliefi.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 19 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwann de Brébeuf u San Iżakk Joques, presbiteru u sħabhom, martri (T) / San Pawl tas-Salib, presbiteru (T). Qari: Efesin 2:1-10; Salm 99:2-5; Luqa 12:13-21.
■ It-Tlieta 20 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 2:12-22; Salm 84:9-14; Luqa 12:35-38.
■ L-Erbgħa 21 ta’ Ottubru: Arċidjoċesi ta’ Malta - Ferja Qari: Efesin 3:2-12; Isaija 12:2-6; Luqa 12:39-48.
■ Djoċesi ta’ Għawdex - Sant’Ursola u sħaba, verġni u martri, Protettriċi tad-Djoċesi (TO).
■ Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwanni Pawlu II, papa (T). Qari: Efesin 3:14-21; Salm 32:1-2.4-5.11-12.18-19; Luqa 12:49-53.
■ Il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru: Ferja / San Ġwann minn Capestrano, presbiteru (T). Qari: Efesin 4:1-6; Salm 23:1-6; Luqa 12:54-59.
■ Is-Sibt 24 ta’ Ottubru: Ferja / San Anton Marija Claret, isqof (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Efesin 4:7-16; Salm 121:1-5; Luqa 13:1-9.
F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.