Id-19 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (18:6-9)
Dak il-lejl tal-ħelsien tħabbar minn qabel lil missirijietna, biex, wara li għarfu sewwa f’liema wegħdiet emmnu, aktar iqawwu qalbhom.
Il-poplu tiegħek stenna l-ħelsien tal-ġusti, u l-qerda tal-għedewwa tagħhom, għax kif int ikkastigajt l-għedewwa tagħna, hekk sebbaħt lilna meta sejjaħtilna għalik.
L-ulied twajba tal-ġusti offrew sagrifiċċju bil-moħbi, u lkoll fehma waħda qagħdu għal-Liġi ta’ Alla: li l-qaddisin tiegħek jaqsmu xorta bejniethom kemm il-ġid u kemm id-deni; għalhekk minn qabel għannew tifħir missirijiethom.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 11 ta’ Awwissu: Santa Klara, verġni (TO). Qari: Dewteronomju 10:12-22; Salm 147:12-15.19-20; Mattew 17:22-27.
■ It-Tlieta 12 ta’ Awwissu: Ferja / Santa Ġovanna Franġiska de Chantal, reliġjuża (T). Qari: Dewteronomju 31:1-8; Salm Dewteronomju 32:3-4a.7-9.12; Mattew 18:1-5.10.12-14.
■ L-Erbgħa 13 ta’ Awwissu: Ferja / San Ponzjanu, papa u San Ippolitu, presbiteru, martri (T). Qari: Dewteronomju 34:1-12; Salm 65:1-3a.5.16-17; Mattew 18:15-20.
■ Il-Ħamis 14 ta’ Awwissu: San Massimiljan Marija Kolbe, presbiteru u martri (TO). Qari: Ġożwè 3:7-10a.11.13-17; Salm 113:1-6; Mattew 18:21–19:1.
■ Il-Ġimgħa 15 ta’ Awwissu: L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema (S). Qari: Apokalissi 11:19a; 12:1-6a.10ab; Salm 44:10bċ.11-12ab.16; 1 Korintin 15:20-26; Luqa 1:39-56.
■ Is-Sibt 16 ta’ Awwissu: Ferja / San Stiefnu tal-Ungerija (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġożwè 24:14-29; Salm 15:1-2a.5.7-8.11; Mattew 19:13-15.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.