Id-19 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Id-19 Ħadd matul is-sena Ċ
HENJIN AĦNA JEKK NISHRU

F’din is-silta l-Mulej iħeġġiġna nħallu l-ġid ta’ din id-dinja, li jrid jaqdina u mhux aħna naqdu lilu, u nagħtu l-preċedenza lill-ġid li jorbotna miegħu. Aħna f’din id-dinja qegħdin interrqu lejn is-sema pajjiżna, hawn qegħdin f’pellegrinaġġ li xi darba jintemm u mbagħad nidħlu fl-eternità. Aqwa dak li jibqa’ għal dejjem minn dak li jintemm. Dan nistgħu ngħiduh mod ieħor bl-istess tifsira: aħna sakemm ninsabu hawn qegħdin fi stennija. Meta jidhirlu l-Mulej jiġi jħabbtilna bieb qalbna u jkun irid jidħol biex jiekol magħna u nieklu miegħu u hu jħaddanna miegħu għal dejjem. Iżda ninsabu lesti għal dan? Jew moħħna f’dak li jintemm u nsejna dak li jibqa’ għal dejjem? Fi kliem il-Vanġelu: qegħdin nishru aħna u nistennew il-miġja tal-Mulej? Henjin aħna jekk nishru, għax meta jiġi l-“ħalliel” inkunu lesti għalih. “Kunu lesti,” jgħidilna Ġesù, “għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-Bniedem.”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content