Id-19 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Id-19 Ħadd matul is-sena Ċ
NISTENNEWK ĠEJ BĦALA SID
 
Anki jekk il-Vanġelu jinqeda bil-metafora tas-sid u tal-istennija tiegħu biex jitkellem dwar l-istennija tal-Mulej, din mhijiex l-aktar analoġija tajba biex tiftiehem. Mhux b’kumbinazzjoni li fil-Vanġeli (u l-Iskrittura kollha), niltaqgħu ma’ analoġija aħjar minn din: iż-żwieġ. Il-Mulej hu l-għarus tar-ruħ. U sakemm ma nilqgħux ir-rabta miegħu, mhux bħala rabta bi ħlas, iżda bħala rabta li tmiss l-aktar għeruq profondi tar-ruħ, bħala rabta taż-żwieġ, il-loġika tal-ħajja spiritwali tibqa’ dik tal-“kuntratt” u mhux dik tal-kuntatt mistiku… Nitnikktu, Mulej, aħna u nistennewk ġej bħala sid. Irrid ngħix il-preżenza tiegħek fl-assenza bħal ruħ għarusa, miġruħa bil-vleġeġ ta’ mħabbtek li tistenniek ġej hi u ssir sagrament ta’ preżenza għall-erwieħ li tħallili f’idejja. Irrid inkun bħal dawk in-nies tajba li «jixxennqu għall-post aħjar, jiġifieri dak tas-sema. Għalhekk Alla ma jistħix jissejjaħ Alla tagħhom.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content