Id-19 Ħadd matul is-sena Ċ
ĦAJTI, ĦAJTEK HIJA STENNIJA
Fil-qieraħ tas-sajf Ġesù jserrħilna rasna: anki jekk aħna merħla ċkejkna ta’ nagħaġ mitlufa u mbeżżgħa, lill-Missier għoġbu jagħtina Saltnatu.
Kunu lesti, iwissi Ġesù. Lesti biex tivvjaġġaw, lesti biex tiddiskutu kull riżultat, kull ċertezza, wisq aktar jekk ikunu ġejjin mill-fidi u mir-reliġjożità. Jekk fhimna li qalbna hi magħmula għall-infinit u ’l dan infittxu, inkunu lesti li nibgħu nfittxu għall-infinit. Huwa l-atteġġament b’saħħtu tad-dixxiplu, l-għarfien tal-“diġà issa u mhux għalissa”. Lil Alla diġà nafu, b’danakollu għadni ma ħkimtux. Diġà għext esperjenza sabiħa ta’ mħabba, b’danakollu naf li ebda mħabba ma timlieli qalbi għalkollox. Diġà għaraft, fid-dawl tal-Vanġelu, kemm grazzja u dawl ġewwieni jimlewli qalbi, iżda għadni ngħix waqtiet ta’ diqa u dlam. Diġà fhimt min jien, iżda għadni ma nafx min sa nkun. Hija tensjoni b’saħħitha, sabiħa, li twassalna għall-essenzjal, li taqlagħna mit-toqol tal-ħajja ta’ kuljum, li terġa’ ddaħħalna fir-realiżmu. Kunu lesti, jitlobna l-Imgħallem. U aħna nishru matul il-lejl. Kemm titlobna fidi, Mulej! Il-ħajja, imbagħad, issir stennija bla kwiet, l-istennija tar-ritorn, l-istennija tal-laqgħa mas-sid li jiġi lura mit-tieġ. Stennija: ħajti, ħajtek hija stennija.