Id-19-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten (19:4-8)
F’dak iż-żmien, il-profeta Elija rħielha lejn id-deżert. Wara jum mixi waqaf, inxteħet taħt siġra tal-ġummar, talab li jmut, u qal: «Issa biżżejjed, Mulej; ħudli ’l ħajti, għax m’iniex aħjar minn missirijieti!» U mtedd għad-dell tal-ġummara, u raqad.
Kif kien rieqed messu anġlu, u qallu: «Qum u kul!» Elija dawwar wiċċu, u lemaħ ħdejn rasu ftira moħmija u ġarra ilma; kiel u xorob, u raġa’ mtedd.
Għat-tieni darba ġie l-anġlu tal-Mulej, u raġa’ messu u qallu: «Qum u kul, inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek.» Elija qam, kiel u xorob, u bis-saħħa ta’ dak l-ikel baqa’ miexi għal erbgħin jum u erbgħin lejl sa ma wasal Ħoreb, il-muntanja tal-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 12 t’Awwissu: Ferja / Santa Ġovanna Franġiska de Chantal, reliġjuża (T). Qari: Eżekjel 1:2-5.24-28; Salm 148:1-2.11-12ab.12ċ-14a.14bċd; Mattew 17:22-27.
■ It-Tlieta 13 t’Awwissu: Ferja / San Ponzjanu, papa u Sant’Ippolitu, presbiteru, martri (T). Qari: Eżekjel 2:8-3.4; Salm 118:14.24.72.103.111.131; Mattew 18:1-5.10.12-14.
■ L-Erbgħa 14 t’Awwissu: San Massimiljan Marija Kolbe, presbiteru u martri (TO). Qari: Eżekjel 9:1-7,10:18-22; Salm 112:1-6; Mattew 18:15-20.
■ Il-Ħamis 15 t’Awwissu: L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema (S). Qari: Apokalissi 11:19;12:1-6.10; Salm 44:10-12.16; 1 Korintin 15:20-26; Luqa 1:39-56.
■ Il-Ġimgħa 16 t’Awwissu: Ferja / San Stiefnu tal-Ungerija (T). Qari: Eżekjel 16:1-15.60.63; Salm Iżaija 12:2-6; Matttew 19:3-12.
■ Is-Sibt 17 t’Awwissu: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T). Qari: Eżekjel 18:1-10.13.30-32; Salm 50:12-15.18-19; Mattew 19:13-15.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.