Id-19 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten (19:9a.11-13a)
F’dak iż-żmien Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja tal-Mulej. Hemmhekk daħal fl-għar u għadda l-lejl ġo fih. U Alla qallu: «Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.» U ara, il-Mulej għadda. Riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej; imma l-Mulej ma kienx f’dan ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżhżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżhiża. U wara t-theżhiża kien hemm in-nar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-nar inħasset żiffa ħelwa. Elija, kif ħassha, għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra, u waqaf f’bieb l-għar.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 14 ta’ Awwissu: San Massimiljan Marija Kolbe, presbiteru u martri (TO). Qari: Dewteronomju 10:12-22; Salm 147:12-13.14-15.19-20; Mattew 17:22-27.
■ It-Tlieta 15 ta’ Awwissu: L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema (S). Qari: Apokalissi 11:19a; 12:1-6a.10ab; Salm 44:10bc.11-12ab.16; 1 Korintin 15:20-26; Luqa 1:39-56.
■ L-Erbgħa 16 ta’ Awwissu: Ferja / San Stiefnu tal-Ungerija (T). Qari: Dewteronomju 34:1-12; Salm 65:1-3a.5.16-17; Mattew 18:15-20.
■ Il-Ħamis 17 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: Ġożwè 3:7-10a.11.13-17; Salm 113:1-2.3-4.5-6; Mattew 18:21 – 19:1.
■ Il-Ġimgħa 18 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: Ġożwè 24:1-13; Salm 135:1-3.16-18.21-22 u 24; Mattew 19:3-12.
■ Is-Sibt 19 ta’ Awwissu: Ferja / San Ġwann Eudes, presbiteru (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġożwè 24:14-29; Salm 15:1-2a u 5.7-8.11; Mattew 19:13-15.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.