Id-19 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Id-19 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-MULEJ TAL-IMPOSSIBLI

«Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù. Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, beża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani, Mulej!”» Ħalluni bħala kumment għal dal-Vanġelu nistħajjel x’qal Pietru bejnu u bejn ruħu: Il-ħaġa tqila ma kinitx li nimxi fuq l-ilma. Kienet biżżejjed kelma minn tiegħu, il-Mulej tal-impossibbli. Ma kinitx ħaġa tqila għalija li nemmen. Kienet ħaġa tqila li nibqa’ nemmen. Wara l-ewwel passi, l-għajnejn imsammrin fuqu u l-qalb maħtufa bil-ħoss ħelu u sod ta’ leħnu – «Ejja!» – niżżilt għajnejja lejn l-ilħna ġewwiena tiegħi, lejn il-mirja tiegħi li juruni l-imgħoddi. Ma bqajtx inħares lejh, bdejt inħares lejn l-imwieġ. Tajjarli moħħi l-miraklu li kont qed ngħix u nsejt li l-miraklu huwa hu. Il-ħaġa tal-għaġeb hi li hu jsejjaħli lejh u li m’hemmx imwieġ jew liġijiet tan-natura meta hu jsejjaħ. Sieqi tfixklet, idu żammitni. Tgħallimt li l-qawwa tiegħi tinsab fl-għajta: «Salvani, Mulej!»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content