Go to content

Ħadd il-Palm - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ħadd il-Palm - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (50:4-7)

Sidi l-Mulej tani lsien ta’ wieħed jitgħallem, biex nagħraf ngħin lill-għajjien b’xi kelma.
Ta’ kull filgħodu jqajjimli lil widinti, biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem. Sidi l-Mulej fetaħli widinti, u jiena ma webbistx rasi, ma rġajtx lura.
Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni, ħaddejja lil dawk li kien jnittfuli lħiti; ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir u l-bżieq.
Sidi l-Mulej jgħinni, għalhekk ma nitħawwadx; għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied: jien naf li ma jkollix mniex nistħi.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju

It-Tnejn 25 ta’ Marzu: Ferja tal-Ġimgħa Mqaddsa. Qari: Isaija 42:1-7; Salm 26:1-3.13-14; Ġwanni 12:1-11.
It-Tlieta 26 ta’ Marzu: Ferja tal-Ġimgħa Mqaddsa. Qari: Isaija 49:1-6; Salm 70:1-6.15.17; Ġwanni 13:21-33.36-38.
L-Erbgħa 27 ta’ Marzu: Ferja tal-Ġimgħa Mqaddsa. Qari: Isaija 50:4-9; Salm 68:8-10.21-22.31.33-34; Mattew 26:14-25.
Il-Ħamis 28 ta’ Marzu: Ħamis ix-Xirka. Qari: Quddiesa tal-Griżma Isaija 61:1-3.6.8-9; Salm 88:21-22.25-27; Apokalissi 1.5-8; Luqa 4:16-21.
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej Eżodu 12:1-8.11-14; Salm 115:12-13.15-18; 1Korintin 11:23-26; Ġwanni 13:1-15.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu: Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej. Qari: Isaija 52:13-53, 12; Salm 30:2.6.12-13.15-17.25; Lhud 4:14-16; 5: 7-9; Ġwanni 18:1 – 19:42.
Is-Sibt 30 ta’ Marzu: Is-Sibt Qaddis tal-Għid. Qari: Quddiesa tal-Vġili Ġenesi 1:1-2, 2; Salm 103:1-2.5-6.10.12.14.24.30.35; jew Salm 32:4-7.12-13.20-22; Ġenesi 22:1-18; Salm 15:5.8-11; Eżodu 14:15-15: 1; Salm Eżodu 15:1-6.17-18; Isaija 54:5-14; Salm 29:2.4-6.11-13; Isaija 55:1-11; Salm: Isaija 12:2-6; Baruk 3:9-15.32-4: 4; Salm 18:8-11; Eżekjel 36:16-28; Salm 41:3.5; 42:3-4; jew jekk tiġi ċċelebrata Magħmudija  Salm  50:12-15.18-19; Rumani 6:3-11; Salm 117:1-2.16-17.22-23; Mark 16:1-7.

Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.








ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content