Ħadd il-Palm B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm sena B

L-IMĦABBA TA' ĠESÙ
Il-Vanġelu tal-Passjoni f’San Mark jibda b’mara ħalja. Taħli l-fwieħa għax fehmet kemm Alla ħela lilu nnifsu għaliha f’Ġesù. Għeżież qarrejja, nixtieq inqegħdilkom quddiemkom dan l-aspett biex timmeditaw ir-rakkont twil iżda qawwi tal-Passjoni ta’ San Mark. Dwar l-imħabba qawwija u safja ta’ din il-mara, hekk jgħid San Girgor il-Kbir: «Ħarqet bis-sħiħ is-sadid tad-dnub għax tiddi bil-qawwa fin-nar tal-imħabba. Dan is-sadid ikun meqrud għalkollox daqskemm qalb il-midneb tkun tiddi fin-nar il-kbir tal-imħabba.» Fuq dan il-ħela tal-bniedem, għandna ħela ieħor: dak ta’ Alla. Huwa Kristu li jitferragħ f’riġlejna, fuq l-għeluq tagħna, huwa u jurina fil-konkret it-tama kbira ta’ Alla li ma jibqax magħluq fih innifsu, iżda jxerred bil-kotra l-fwieħa tal-imħabba eterna, li hi biss timla qlubna. Jalla l-meditazzjoni tal-Passjoni ta’ Kristu xxerred fuqna din il-fwieħa tal-għotja. Ejjew ningħataw lilu li xxerred sal-aħħar, għall-imħabba, għalina.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content