Ħadd il-Palm sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm sena B

IMBIEREK MIN ĠEJ F’ISEM IL-MULEJ
 
Fil-quddiesa ta’ Ħadd il-Palm jinqara r-rakkont tal-Passjoni tal-Mulej. Dis-sena jmissna nisimgħu dak li kiteb San Mark. Iżda fil-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ nisimgħu silta oħra, meħuda wkoll minn San Mark, li tirrakkonta d-dħul solenni ta’ Ġesù f’Ġerusalemm ftit ġranet qabel ma spiċċa msallab. Dakinhar il-ġemgħa għarfitu bħala Messija u għamlitlu dimostrazzjoni kbira biex tilqgħu f’dik l-istess belt li fiha kellu jbati u jmut. Nafu li għarfuh bħala Messija mill-kliem li bdew jgħajtu: “Hosanna” (= nitolbuk, salvana!), talba li l-Lhud kienu jagħmluha biss lil Alla; u: “Imbierka s-saltna ta’ David li ġejja”, hija s-saltna messjanika. Illum il-ġemgħa għarfet lil Ġesù bħala l-Messija u ferħet bih. Ftit ġranet wara l-ġemgħa għajtet: “Mhux lil dan, imma lil Barabba!” U kkundannat lil Ġesù għall-mewt. Ara ma ninġarrux mal-kurrent aħna wkoll u niċħdu ’l Ġesù bl-għemejjel tagħna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content