Ħadd il-Palm B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ħadd il-Palm sena B

IL-MULEJ ISSIR PREŻENZA REALI TA' FARAĠ U SALVAZZJONI


Xi drabi l-mixja spiritwali ssir sempliċement deżert fejn ma tara ebda sinjal ta’ oasi ta’ faraġ jew xi xefaq imdawwal ta’ sens. Dan iż-żmien qawwi tas-sena li jibda bil-qari sħiħ tal-qari tal-passjoni ta’ Kristu jfakkarna li dawk il-waqtiet mhumiex mingħajr Alla. Hemm, fil-qalba tad-deżert, il-Maħbub jistenniena: «Inħossni mnikket għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru.» Ġesù ħass solitudni profonda u telqien insopportabbli, inkomprensjoni u anki tradiment tal-ħbieb. Sewwasew f’dik l-assenza, il-Mulej sar preżenza reali ta’ faraġ u salvazzjoni. Mindu Kristu għex fil-ġisem l-uġigħ tat-telqien, il-gravità tas-sentiment tat-tradiment u d-diqa li tkun taf li tinsab fuq l-għatba tal-mewt, ħadd qatt ma jista’ jqis lilu nnifsu waħdu, jekk dan ma jkunx iridu hu nnifsu. L-aktar solitudni iebsa hi megħjuxa minn dak li minn dejjem isejħilna għall-“għaqda” miegħu u mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content