L-20 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Proverbji (9:1-6)
L-għerf bena d-dar tiegħu, waqqaf is-seba’ kolonni tagħha; qatel il-bhejjem imsemmna, ħejja l-inbid u l-mejda tiegħu.
U bagħat il-qaddejja jxandru l-istedina minn fuq l-imkejjen għolja tal-belt: «Min hu ċkejken ħa jiġi għandi!»
U lil min hu bla moħħ jgħidlu: «Ejjew, kulu l-ħobż tiegħi u ixorbu l-inbid li ħejjejt għalikom. Warrbu l-bluhat tagħkom, u tgħixu, u timxu ’l quddiem fl-għaqal.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 19 t’Awwissu: Ferja / San Ġwann Eudes, presbiteru (T). Qari: Eżekjel 24:15-24; Salm Dewteronomju 32:18-21; Mattew 19:16-22.
■ It-Tlieta 20 t’Awwissu: San Bernard, abbati u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Eżekjel 28:1-10; Salm Dewteronomju 32:26-27ab.27ċd-28.30.35ċd-36ab; Mattew 19:23-30.
■ L-Erbgħa 21 t’Awwissu: San Piju X, papa (TO). Qari: Eżekjel 34:1-11; Salm 22:1-3a.3b-4.5.6; Mattew 20:1-16.
■ Il-Ħamis 22 t’Awwissu: L-Imqaddsa Verġni Marija Reġina (TO). Qari: Eżekjel 36:23-28; Salm 50:12-15.18-19; Mattew 22:1-14.
■ Il-Ġimgħa 23 t’Awwissu: Ferja / Santa Roża ta’ Lima, verġni (T). Qari: Eżekjel 37:1-14; Salm 106:2-9; Mattew 22:34-40.
■ Is-Sibt 24 t’Awwissu: San Bartilmew, appostlu (F). Qari: Apokalissi 21:9-14; Salm 144:10-13.17-18; Ġwanni 1:45-51.
F= Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.