L-20 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-20 Ħadd matul is-sena B

L-EWKARISTIJA DEWQIEN TAL-ETERNITÀ

Jissokta l-kliem dwar l-Ewkaristija, li hi l-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu u l-ħobż li niżel mis-sema. Is-silta hija l-aħħar taqsima ta’ diskors li Ġesù għamel dwar il-ħobż tal-ħajja. Huwa jinsisti fuq il-fatt li ġismu hu ikel tabilħaqq u demmu hu xorb tabilħaqq, u dan itennih bosta drabi f’dak id-diskors. Dan juri li bi kliemu ma jridx juri li dan il-kliem hu biss tixbiha. Ġesù jrid ifisser li l-Ewkaristija hija Ġismu u Demmu tabilħaqq, li fiha hu preżenti realment, u li kull min jersaq biex jitrejjaq biha jkun qed iduq, minn din id-dinja stess, il-ħajja li ma tintemm qatt. Din hi t-tfsira tal-kliem li jagħlaq is-silta: “Min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem.” Kollox huwa mibni fuq il-fidi. Jekk noqogħdu nirraġunaw ma naslu mkien, imma jiġrilna bħal dawk il-Lhud li ma qablux bejniethom u qalu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”... u telquh!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content