Go to content

L-10 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-10 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (3:9-15)

Wara li Adam kiel mis-siġra, il-Mulej Alla sejjaħ lil Adam u staqsieh: «Fejn int?» U dak wieġeb: «Smajt ħossok fil-ġnien u bżajt għax jien għeri, u nħbejt.» U staqsieh: «Min qallek li int għeri? Jaqaw kilt mis-siġra li jien ordnajtlek li ma tikolx minnha?» U wieġeb Adam: «Il-mara li inti tajtni għal miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt.»
U l-Mulej Alla qal lill-mara: «X’inhu dan li għamilt?» U l-mara wieġbet: «Is-serp qarraq bija, u jien kilt.» U l-Mulej Alla qal lis-serp: «Talli għamilt dan, misħut int fost il-bhejjem kollha u fost l-annimali selvaġġi! Għal żaqqek titkaxkar, u t-trab tal-art tiekol il-jiem kollha ta’ ħajtek. U jien inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, u hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 10 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 17:1-6; Salm 120:1-8; Mattew 5:1-12.
It-Tlieta 11 ta’ Ġunju: San Barnaba, appostlu (TO). Qari: Atti 11:21b-26, 13:1-3; Salm 97:1-6; Mattew 10:7-13.
L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 18:20-39; Salm 15:1-2a.4.5 u 8.11;  Mattew 5:17-19.
Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju: Sant’Antnin ta’ Padova, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Slaten 18:41-46; Salm 64:10abċd.10e-11.12-13; Mattew 5:20-26.
Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 19:9a.11-16; Salm 26:7-8a.8b-9abċ.13-14; Mattew 5:27-32.
Is-Sibt 15 ta’ Ġunju: Ferja / Il-Verġni Mqaddsa Marija f’jum is-Sibt (T). Qari: 1 Slaten 19:19-21; Salm 15:1-2.5.7-10; Mattew 5:33-37.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content