Go to content

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Mikea (5:1-4a)

Dan jgħid il-Mulej: Int, Betlehem Efrata, ċkejkna biex tkun fost il-familji ta’ Ġuda, minnek għad joħroġli dak li jkun ħakem f’Israel; hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem, sa minn dejjem.
Għalhekk il-Mulej jitlaqhom sa ma teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas; imbagħad il-bqija ta’ ħutu jerġgħu lura fost ulied Israel, u hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu bil-qawwa tal-Mulej, fis-sebħ ta’ isem il-Mulej, Alla tiegħu. U huma jgħammru, għax issa tkun kbira setegħtu sat-trufijiet tal-art. U dan ikun is-sliem!
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 9 ta’ Settembru: Ferja / San Pietru Claver, presbiteru (T). Qari: 1 Korintin 5:1-8; Salm 5:5-6.7.12; Luqa 6:6-11.
It-Tlieta 10 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 6:1-11; Salm 149:1-6.9; Luqa 6:12-19.
L-Erbgħa 11 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 7:25-31; Salm 44:11-12.14-15.16-17; Luqa 6:20-26.
Il-Ħamis 12 ta’ Settembru: Ferja / l-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija (T). Qari: 1 Korintin 8:1-7.11-13; Salm 138:1-3.13-14.23-24; Luqa 6:27-38.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru: San Ġwann Grisostmu, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Korintin 9:16-19.22-27; Salm 83:3-6.12; Luqa 6:39-42.
Is-Sibt 14 ta’ Settembru: L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes (F). Qari: Numri 21:4-9 jew Filippin 2:6-11; Salm 77:1-2.34-38; Ġwanni 3:13-17.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content