It-8 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (27:5-8)
Meta jheżżu għarbiel jibqa’ fih l-iskart, hekk ukoll min jgħarbel lilu nnifsu jagħraf ħżunitu.
Il-forn jgħaddi mill-prova xogħol il-fuħħari, hekk ukoll bniedem tagħrfu minn kliemu.
Il-frott jikxef kemm bidwi jkun ħa ħsieb is-siġra, hekk ukoll kelma tikxef ħsieb qalb il-bniedem.
Tfaħħarx bniedem qabel jitkellem, għax hekk jiġu ppruvati n-nies.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 3 ta’ Marzu: Ferja. Qari: Bin Sirak 17:20-28; Salm 31:1-2.5.6.7-8; Mark 10:17-27.
■ It-Tlieta 4 ta’ Marzu: Ferja. Qari: Bin Sirak 35:1-15; Salm 49:5-6.7-8.14.23; Mark 10:28-31.
■ L-Erbgħa 5 ta’ Marzu: L-Erbgħa tal-Irmied. Qari: Ġoel 2:12-18; Salm 50:3-6.12-14.17; 2 Korintin 5:20 – 6:2; Mattew 6:1-6.16-18.
■ Il-Ħamis 6 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 30:15-20; Salm 1:1-4.6: Luqa 9:22-25.
■ Il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 58:1-9a; Salm 50:3-6a.18-19; Mark 9:14-15.
■ Is-Sibt 8 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 58:9b-14; Salm 85:1-6; Luqa 5:27-32.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.