It-8 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-8 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ

MA NKUNUX MEXXEJJA GĦOMJA
«Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra?» Fil-ħajja spiritwali l-għarfien veru jiġi mill-esperjenza. Għalhekk hi ħaġa perikuluża meta wieħed jitħaddet fuq dak li ma għaddiex minnu u għexu. Ir-riżultati tad-diskorsi li jsiru fl-arja li ma jkollhomx għeruq fl-esperjenza huma tnejn: l-illużjoni u d-delużjoni. Nagħtu lill-oħrajn u lilna nfusna l-illużjoni li l-mixja b’ċertu mod (sikwit b’mod li jsaħħar), biex imbagħad naħbtu mal-ħajt tar-realtà, hi differenti minn dik li ħsibna u fassalna. Ġesù, imbagħad, iżid ma’ dil-parabbola qawl ieħor, li mal-ewwel daqqa ta’ għajn, jidher donnu maqtugħ mill-parabbola tal-agħma li jmexxi agħma, iżda jekk inħarsu sew, huwa r-riżultat tagħha. Nistgħu ma nibqgħux għomja spiritwalment. Dan jiġri jekk bniedem, qabel li jsawwar fehmtu fuq ħajjet ħaddieħor, iħares bis-sinċerità lejh innifsu, idawwar ħarstu ’l ġewwa, biex iħalli lill-Mulej ibiddillu qalbu. Agħtina, Mulej, li ma nkunux mexxejja għomja, iżda rwieħ-għarajjes li jarawk bl-għajnejn tal-qalb, biex jitħaddtu dwarek huma u jitħaddtu fik u jiġbdu lill-oħrajn lejn ħajtek bid-dawl li jagħti d-dawl lill-għomja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content