Go to content

It-30 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IT-30 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (31:7-9)

Dan jgħid il-Mulej: «Għannu bil-ferħ għal Ġakobb, sellmu lill-ewlieni fost il-ġnus. Xandru, faħħru u niedu: “Il-Mulej salva l-poplu tiegħu, il-fdal ta’ Israel.”
Arani, sa nġibhom minn art it-Tramuntana, niġborhom minn truf l-art, ilkoll kemm huma, l-għomja u z-zopop, in-nisa bit-tfal u n-nisa fil-ħlas: kotra kbira terġa’ lura hawn.
Jiġu bil-biki, imma nfarraġhom jiena u nġibhom lura. Immexxihom lejn l-ilma ġieri, minn mogħdijiet watja biex ma jitfixklux. Għax jien missier għal Israel, u Efrajm hu ibni l-kbir.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
IN-NUĊĊALI TA’ FRANCO
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju.
It-Tnejn 28 ta’ Ottubru: San Xmun u San Ġuda, appostli (F). Qari: Efesin 2:19-22; Salm 18:2-5;  Luqa 6:12-19.
It-Tlieta 29 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 5:21-33; Salm 127:1-5; Luqa13:18-21.
L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 6:1-9; Salm 144:10-14; Luqa 13:22-30.
Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 6:10-20; Salm 143:1.2.9-10; Luqa 13:31-35.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru: Il-Qaddisin Kollha (S). Qari: Apokalissi 7:2-4.9-14; Salm 23:1-6; 1 Ġwanni 3:1-3; Mattew 5:1-12.
Is-Sibt 2 ta’ Novembru: Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin. Qari: l-ewwel quddiesa: Ġob 19:1.23-27; Salm 26:1.4.7-9.13-18; Rumani 5:5-11; Mattew 5:1-12. It-tieni quddiesa: Għerf 3:1-9; Salm 114:5-6.115:10-11.15-16; Rumani 5:17-21; Mattew 11:25-30. It-tielet quddiesa: Għerf 4:7-15; Salm 22:1-6; Rumani 6:2-9; Mattew 25:1-13.

S = Solennità; F = Festa.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content