Go to content

It-3 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd tar-Randan - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (20:1-7)
(Is-silta bejn qawsejn tista’ ma tinqarax)

F’dak iż-żmien, Alla tkellem u qal dan kollu lill-poplu: «Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar. Ma jkollokx allat oħra għajri.
(La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha ta’ ebda ħaġa li hemm fl-għoli tas-sema, jew isfel fl-art, jew fil-baħar taħt l-art. La tmilx quddiemhom: la tadurahomx għaliex jiena hu l-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur, li npatti l-ħażen tal-missirijiet fuq l-ulied sat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni lil dawk li jobogħduni; imma nagħder sal-elf nisel lil min iħobbni u jżomm il-kmandamenti tiegħi.)
La ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tiegħek, fix-xejn: għaliex lil min isemmi l-isem tiegħu fix-xejn, il-Mulej ma jħallihx bla kastig.
Ftakar f’jum is-Sibt u qaddsu. (Sitt ijiem taħdem u tagħmel kulma għandek tagħmel; imma s-seba’ jum hu jum il-mistrieħ f’ġieħ il-Mulej, Alla tiegħek. Dan il-jum ma tagħmel ebda xogħol, int, ibnek, il-qaddej u l-qaddejja tiegħek, il-bhejjem tiegħek, u l-barrani li jkun ġewwa bwiebek. Għax f’sitt ijiem il-Mulej għamel is-smewwiet u l-art; il-baħar u kulma hemm fihom, u strieħ fis-seba’ jum. Għalhekk il-Mulej bierek is-seba’ jum u qaddsu.)
Weġġaħ lil missierek u lil ommok, sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik.
La toqtolx. La tagħmilx adulterju. La tisraqx. La tagħtix xhieda giddieba kontra għajrek. La tixtieqx dar għajrek: la tixtieqx il-mara ta’ għajrek, il-qaddej jew il-qaddejja tiegħu, l-għoġol jew il-ħmar tiegħu, u xejn minn kulma għandu għajrek.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
Quddiesa libera: Eżodu 17:1-7; Salm 94:1-2.6-9; Ġwanni 4:5-42.

It-Tnejn 4 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan / San Każmiru (TL). Qari: 2Slaten 5:1-15; Salm 41:2-3.42: 3-4; Luqa 4:24-30.
It-Tlieta 5 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 3:25.34-43; Salm 24:4-9; Mattew 18:21-35.
L-Erbgħa 6 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 4:1.5-9; Salm 147:12-13.15-16.19-20; Mattew 5:17-19.
Il-Ħamis 7 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan / Santa Perpetwa u Santa Feliċita, martri (TL). Qari: Ġeremija 7:23-28; Salm 94:1-2.6-9; Luqa 11:14-23.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan / San Ġwann ta’ Alla, reliġjuż u fundatur (TL). Qari: Ħosegħa 14:2-10; Salm 80:6-8.9-11.14.17; Mark 12:28-34.
Is-Sibt 9 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan / Santa Franġiska Rumana, reliġjuża u fundatriċi (TL). Qari: Ħosegħa 6:1-6; Salm 50:3-4.18-21; Luqa 18:9-14.

TL = Tifkira Limitata.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content