It-23 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (9:13-19)
Min jista’ jagħraf ħsieb Alla? Min jista’ jifhem x’irid il-Mulej?
Beżżiegħa huma ħsibijiet il-bnedmin, u kull pjan tagħna mhu xejn fiż-żgur; għax ruħna mtaqqla b’ġisem li jitħassar, u għar-ruħ li taħseb hu piż it-tafal li fih tgħammar.
Bilkemm nistgħu nintebħu x’hemm fuq l-art, u bit-tbatija nsibu dak li hu taħt għajnejna; mela min jista’ jitkixxef fuq il-ħwejjeġ tas-sema?
Min qatt għaraf ir-rieda tiegħek, jekk int innifsek ma tajtux l-għerf, u ma bgħattx fuqu mill-għoli l-ispirtu qaddis tiegħek?
Hekk saru dritti triqat in-nies tal-art, hekk tgħallmu l-bnedmin dak li jogħġob lilek, u salvaw bis-saħħa tal-għerf.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 8 ta’ Settembru: It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija (S). Qari: Mikea 5:1-4; Salm 12; Rumani 8:28-30; Mattew 1:1-14.18-23.
■ It-Tlieta 9 ta’ Settembru: Ferja / San Pietru Claver, presbiteru (T). Qari: Kolossin 2:6-15; Salm 144:1-2.-8-11; Luqa 6:12-19.
■ L-Erbgħa 10 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Kolossin 3:1-11; Salm 144:2-3.10-13; Luqa 6:20-26.
■ Il-Ħamis 11 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Kolossin 3:12-17; Salm 150:1-6; Luqa 6:27-38.
■ Il-Ġimgħa 12 ta’ Settembru: Ferja / L-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija (T). Qari: 1 Timotju 1:1-2.12-14; Salm 15:1-2.5.7-8.11; Luqa 6:39-42.
■ Is-Sibt 13 ta’ Settembru: San Ġwann Krisostmu, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Timotju 1:15-17; Salm 112:1-7; Luqa 6:43-49.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.