It-23 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-23 Ħadd matul is-sena Ċ
IL-MULEJ HUWA L-MILJA TAL-ĦAJJA
 
Neħtieġu d-don tal-Għerf biex nerfgħu ħarsitna ’l fuq fil-għoli. Fejn jinsab l-hena? Ġesù għandu tweġiba taħraq: jien waħdi – jgħid – nista’ naqta’ kull xewqa.

Fi tmiem is-sajf, il-Mulej jistedinna nagħmlu ftit kontijiet, kif nagħmlu qabel ma nidħlu fl-ispiża kbira ta’ dar ġdida, biex nintebħu li qalbna teħtieġ milja li Alla biss jista’ jagħtiha. Ġesù ma jippreżentax ruħu bħala l-fundatur ta’ filosofija jew ta’ reliġjon iżda bħala l-uniku wieħed li jista’ jressaqna lejn Alla u li jgħix fil-milja. U Ġesù jisfidana: iqiegħed lilu nnifsu akbar minn kull imħabba, minn kull ferħ l-aktar kbir (l-imħabba, il-paternità, il-maternità) li bniedem jista’ jgħaddi minnhom. Inħobbu aktar lilu jfisser li hu għandu l-ħila jagħtina aktar aktar mill-akbar ferħ li aħna nistgħu ngħixu. Kemm hu preżuntuż dan Ġesù! Tabilħaqq jista’ jagħtina ferħ akbar mill-akbar ferħ li nistgħu nħossu? Jista’. Aħwa bħalna, mhux eżaltati, mhux “strambi”, mhux differenti, skoprew din il-ħaġa, jixhdulna li iva, il-Mulej huwa l-milja tal-ħajja. U l-kristjaneżmu għadda minn elfejn sena ta’ storja u ta’ medjokrità tal-fidili tiegħu għax (ftit) irġiel u nisa nħakmu bil-laqgħa ma’ Kristu u taw prova li hu kredibbli. Iva: nistgħu niltaqgħu ma’ Kristu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content