IT-13-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (1:13-15; 2:23-24)
Il-mewt mhux Alla għamilha; u lanqas togħġbu l-qerda tal-ħajjin. Hu ħalaq kollox biex jgħix; għall-ħajja huma l-ħlejjaq tad-dinja, m’hemmx fihom velenu tal-mewt. Is-saltna tal-mewt ma taħkimx fuq l-art, għax il-ġustizzja ma taqax taħt il-mewt.
Alla ħalaq il-bniedem biex ma jmutx, u għamlu xbieha tiegħu nnifsu. Bl-għira tax-xitan daħlet il-mewt fid-dinja; u jafu xi tfisser dawk li huma tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 1 ta’ Lulju: Ferja / Beatu Nazju Falzon, kjeriku sekulari (T). Qari: Għamos 2:6-10.13-16; Salm 49:16-23; Mattew 8:18-22.
■ It-Tlieta 2 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Għamos 3:1-8; 4:11-12. Salm 5:5-8; Mattew 8:23-27.
■ L-Erbgħa 3 ta’ Lulju: San Tumas, appostlu (F). Qari: Efesin 2:19-22; Bin Sirak 116:1-2; Ġwanni 20:24-29.
■ Il-Ħamis 4 ta’ Lulju: Ferja / Sant’Eliżabetta tal-Portugal (T). Qari: Għamos 7:10-17; Salm 18:8-11; Mattew 9:1-8.
■ Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju: Ferja / Sant’Anton Marija Zaccaria, presbiteru (T). Qari: Għamos 8:4-6.9-12; Salm 118:2.10.20.30.40.131; Mattew 9:9-13.
■ Is-Sibt 6 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T) / Santa Marija Goretti, verġni u martri (T). Qari: Għamos 9:11-15; Salm 84:9.11-14; Mattew 9:14-17.
F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.