It-13-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-13-il Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ U L-BNIEDEM BIL-ĠUĦ
Il-miġemgħa daret madwar Ġesù u hu ħass il-mess ta’ kull persuna, tant li kellu jieqaf minħabba l-qawwa ta’ min messu bil-fidi. Il-fidi, il-fidi waħedha. L-aktar esperjenza qawwija u tal-għaġeb li l-bniedem jista’ jgħix meta jintelaq għalkollox f’Alla. Il-fidi mhijiex trofew, iżda punt ta’ tluq tal-qalb meta tintlaqat mill-imħabba ta’ Alla. Ġesù ma kienx moħħu fil-popolarità, iżda fil-ġuħ għall-ħajja li joħroġ mill-qalb ta’ kull bniedem. Huwa jieqaf fuq il-partikulari ta’ ħajjet il-bniedem: iħoss il-qawwa ta’ xi ħadd iddisprat li messu, jaqra l-uġigħ fl-għajnejn ta’ ġenitur imwerwer, jintebaħ bil-ġuħ ta’ tfajla mqajma mir-raqda tal-mewt. Kull bniedem, sew jekk jaf u sew jekk le, jgħix fil-ħarsien ta’ din il-ħarsa, fl-attenzjoni ħelwa ta’ Alla li jsalva. L-attenzjoni lejn il-ħwejjeġ partikulari, lejn il-ħwejjeġ iż-żgħar, li forsi ma jbiddlux id-dinja, iżda jistgħu jbiddlu storja li hi d-dinja għal xi bniedem. L-għarfien ta’ din l-attenzjoni li Alla għandu għal kull wieħed minna hu dak li jġegħelna nħossu s-siwi tagħna f’għajnejh f’kull waqt u jressaqna biex nieħdu ħsieb xulxin.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content