Go to content

Is-7 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-7 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel (26:2.7-9.12-13.22-23)

F’dak iż-żmien, Sawl qam u niżel lejn id-deżert ta’ Żif, u miegħu ħa tlitt elef raġel magħżula minn Iżrael, ifittex lil David fid-deżert ta’ Żif.
U ġie David u Abisaj ħdejn l-eżerċtu billejl, u Sawl kien mimdud u rieqed f’nofs il-kamp, u l-lanza tiegħu kienet imwaħħla fl-art in-naħa ta’ rasu; u Abner u n-nies tiegħu mimdudin madwaru. U Abisaj qal lil David: «Illum il-Mulej reħa l-għadu tiegħu f’idejk, ħa nsammru mal-art b’daqqa waħda bil-lanza tiegħu stess, bla ma nagħtih oħra.» Imma David wieġeb lil Abisaj: «La toqtlux! Għax min qatt medd idu fuq il-midluk tal-Mulej, u ħelisha?»
David ħa l-lanza u l-ġarra tal-ilma minn ħdejn ras Sawl u telqu, bla ma ħadd rahom jew intebaħ, u bla ma ħadd stenbaħ, għax kollha kienu reqdin, u ngħas tqil waqa’ fuqhom mingħand il-Mulej.
David imbagħad qasam għan-naħa l-oħra u qagħad fuq il-quċċata tal-għolja fil-bogħod, b’wisa’ kbir bejniethom. U David għajjat: «Hawn hi l-lanza tas-sultan, ħa jiġi ’l hawn wieħed mill-qaddejja u jeħodha! Il-Mulej irodd lil kull wieħed skont il-ġustizzja tiegħu u l-lealtà tiegħu. Il-Mulej telqek f’idejja llum, imma jien ma ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 24 ta’ Frar: Ferja. Qari: Bin Sirak 1:1-10; Salm 92:1ab.1ċ-2.5; Mark 9:14-29.
It-Tlieta 25 ta’ Frar: Ferja. Qari: Bin Sirak 2:1-13; Salm 36:3-4.18-19.27-28.39-40; Mark 9:30-37.
L-Erbgħa 26 ta’ Frar: Ferja. Qari: Bin Sirak 4:12-22; Salm 118:165.168.171.172.174.175; Mark 9:38-40.
Il-Ħamis 27 ta’ Frar: Ferja / San Girgor ta’ Narek, abbati u duttur tal-Knisja (T). Qari: Bin Sirak 5:1-10; Salm 1:1-2.3.4.6; Mark 9:41-50.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar: Ferja. Qari: Bin Sirak 6:5-17; Salm 118:12.16.18.27.34.35; Mark 10:1-12.
Is-Sibt 1 ta’ Marzu: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Bin Sirak 17:1-13; Salm 102:13-14.15-16.17-18a; Mark 10:13-16.

T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content