Is-7 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-7 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ

IRRODDU LIL KRISTU FARKA TA’ ĦAJR GĦAL IMĦABBTU
Ġesù huwa realista u jaf li biex jibni rabta dinamika pożittiva, il-bniedem ma jistax iserraħ rasu bi tpartit li minnu jkollu l-qligħ. Biex tirbaħ fir-rabtiet mal-oħrajn jeħtieġ tkun lest li titlef, tinvesti bla ma toqgħod dejjem tagħmel il-kontijiet. Fi kliem ieħor, il-morali mxandra minn Ġesù mhijiex mibnija fuq tpartit dgħajjef orizzontali – il-famuż do ut des (agħti biex taqla’) – iżda hi mibnija fuq rabta vertikali li torbot lill-bniedem mal-Mulej. Hu biss min iżomm f’moħħu dawn iż-żewġ poli jifhem ir-rivoluzzjoni tal-viżjoni tal-bniedem imxandra minn Ġesù. Aħna msejħin biex fl-istess ħin inkunu fidili magħna nfusna u ma nkunux ikkundizzjunati mill-attitudni tal-oħrajn; u biex naraw bħala kejl ta’ moralità l-imħabba miġnuna ta’ Alla fina. Fl-aħħar mill-aħħar, kull darba li nħobbu, naħfru, inħennu, ma nagħmlu xejn għajr irroddu lil Kristu farka ta’ ħajr għal imħabbtu. Fl-aħħar nett, il-morali Nisranija mhijiex imsejsa fuq il-ġustizzja, iżda fuq id-divinizzazzjoni: «Tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u l-ħżiena.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content