Go to content

Is-6 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-6 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (17:5-8)

Dan jgħid il-Mulej: «Misħut il-bniedem li jittama fil-bnedmin, li jfittex il-qawwa tiegħu fil-ġisem, u titbiegħed qalbu mill-Mulej. Ikun bħal siġra tal-għargħar fix-xagħri, li ma tara ebda ġid ġej, li tgħammar f’art tikwi fid-deżert, art mielħa fejn ħadd ma jgħammar.
Imbierek il-bniedem li jittama fil-Mulej, u l-fiduċja tiegħu fil-Mulej. Ikun bħal siġra ħdejn l-ilma mħawla, b’għeruqha mxenxla lejn il-wied; ma tibżax meta tiġi s-sħana, il-weraq tagħha jibqa’ jħaddar; fis-sena tan-nixfa ma tinkeddx, u ma tehdiex milli tagħmel il-frott.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 17 ta’ Frar: Ferja / Is-Seba’ Qaddisin Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta’ Marija (T). Qari: Ġenesi 4:1-15.25; Salm 49:1 u 8.16bċ-17.20-21; Mark 8:11-13.
It-Tlieta 18 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġenesi 6:5-8; 7:1-5.10; Salm 28:1a u 2.3aċ-4.3b u 9b-10; Mark 8:14-21.
L-Erbgħa 19 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġenesi 8:6-13.20-22; Salm 115:12-13.14-15.18-19; Mark 8:22-26.
Il-Ħamis 20 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġenesi 9:1-13; Salm 101:16-18.19-21.29 u 22-23; Mark 8:27-33.
Il-Ġimgħa 21 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġenesi 11:1-9; Salm 32:10-11.12-13.14-15; Mark 8:34 – 9:1.
Is-Sibt 22 ta’ Frar: Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu (F). Qari: 1 Pietru 5:1-4; Salm 22:1-6; Mattew 16:13-19.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content