Go to content

Is-27 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-27 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija(5:1-7)

Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu.
Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja għammiela. Għażaqha u naddafha miż-żrar, u ħawwel fiha dwieli mill-aħjar; bena torri f’nofsha, u wkoll ħaffer magħsar fiha. Stennieha tagħmel l-għeneb tajjeb, iżda kulma għamlet kien għeneb qares.
U issa, intom li tgħammru f’Ġerusalemm, irġiel ta’ Ġuda, agħmlu intom ħaqq bejni u bejn l-għalqa tad-dwieli tiegħi. X’kien fadalli nagħmel għall-għalqa tiegħi u ma għamiltux? Stennejtha tagħmel għeneb tajjeb, u kulma għamlet kien għeneb qares. U issa ħa nurikom x’sa nagħmel jien lill-għalqa tiegħi tad-dwieli.
Inneħħilha l-ilqugħ ta’ madwarha, u jħarbtuha; inġarrfilha l-ħajt, biex in-nies tgħaffiġha. Nagħmel minnha xagħra; ħadd ma jiżborha jew jaħdimha, u jinbet fiha x-xewk u l-ħurrieq. Jien ngħid lis-sħab biex ma jagħmilx xita fuqha!
Għax l-għalqa tad-dwieli tal-Mulej tal-eżerċti hija d-dar ta’ Israel; u l-irġiel ta’ Ġuda huma l-mixtla tal-għalqa tiegħu. Huwa stenna l-ġustizzja, u araw sab it-tixrid tad-demm, stenna s-sewwa, u araw sama’ l-għajjat tal-maħqura.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 9 ta’ Ottubru: Ferja / San Djonisju, isqof, u sħabu, martri (T) / San Ġwann Leonardi, presbiteru (T). Qari: Ġona 1:1 – 2:1.11; Salm Ġona 2:2.3.4.5.8; Luqa 10:25-37.
It-Tlieta 10 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Ġona 3:1-10; Salm 129:1-2.3-4ab.7-8; Luqa 10:38-42.
L-Erbgħa 11 ta’ Ottubru: Arċidjoċesi ta’ Malta: Ferja / San Ġwanni XXIII, papa (T). Qari: Ġona 4:1-11; Salm 85:3-4.5-6.9-10; Luqa 11:1-3.
Djoċesi ta’ Għawdex: L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral (F). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3-5.10-11; Luqa 19:1-10.
Il-Ħamis 12 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Malakija 3:13-20a; Salm 1:1-2.3.4 u 6; Luqa 11:5-13.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Ġoel 1:13-15; 2:1-2; Salm 9:2-3.6 u 16.8-9; Luqa 11:14-26.
Is-Sibt 14 ta’ Ottubru: Ferja / San Kallistu, papa u martri (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġoel 4:12-21; Salm 96:1-2.5-6.11-12; Luqa 11:27-28.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content