Is-27 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-KRIŻI U L-IMĦABBA
Ġesù jitkellem dwar dielja sabiħa, li tħalliet f’idejn bdiewa qattilin. Hija l-ġrajja traġika ta’ Alla u l-bniedem, ta’ ħaġa li ma tiftihemx u bil-mod biex tissewwa, ta’ wġigħ, uġigħ ta’ Alla, li jġagħlek tistagħġeb u tistaqsi.
Il-ġrajja tal-bniedem hija ġrajja ta’ mħabba fi kriżi, ta’ mħabba mħeġġa ta’ Alla lejn għarusa bierda li tfittex tagħmel dak li jaqblilha: l-umanità. Araw x’dinjità hemm f’dan is-sid li jħejji bid-dehwa u l-imħabba d-dielja li kellu jagħtiha fi qbiela, x’arroganza belha f’dawn il-kerrejja li jaħsbu li jekk joqtlu lil bin is-sid, isiru werrieta (liema ktieb tal-liġi qraw?). Hija x-xbieha tal-umanità li ma tagħrafx lill-Ħallieq tagħha, il-limitu tagħha, din il-parabbola traġika hija l-ġabra fil-qosor tal-ġrajja bejn Alla u Israel, bejn Alla u l-bniedem. Dan ma jagħrafx lill-Ħallieq tiegħu, jidħol minfloku: dan hu d-dnub fundamentali, id-dgħufija traġika tal-bniedem, li jemmen li biżżejjed hu għalih innifsu, bla ma jkollu jagħti kont, u ma jagħrafx il-limitu tiegħu. Dan għadu jiġri sal-lum, f’dawn iż-żminijiet tal-ġenn, li fihom minflok tagħraf l-oriġni u d-dinjità tagħha, l-umanità taħseb kif sa tidħak bis-sid, tiċħad li hi biss ħliqa, u tintilef fid-dillierju ta’ setgħa fuq kollox ta’ min jaħseb li għandu l-jedd ibagħbas fl-oriġni tal-ħajja, tal-kosmos, tan-natura.