Go to content

Ir-4 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (1:4-5.17-19)

Fi żmien Ġosija, ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli: «Qabel ma sawwartek fil-ġuf, għaraftek; qabel ma ħriġt minn ħdan ommok, ikkonsagrajtek. Jien qegħedtek profeta fuq il-ġnus.
Ħażżem ġenbejk, qum u għidilhom kulma nordnalek. La tibżax minnhom, għax inkella nbeżżgħek jien quddiemhom.
Arani llum sa nagħmel minnek belt fortizza, kolonna tal-ħadid, ħajt tal-bronż, kontra l-pajjiż kollu, kontra s-slaten ta’ Ġuda, u l-prinċpijiet tiegħu, kontra l-qassisin tiegħu u l-poplu tal-pajjiż. Huma jeħduha kontrik, imma ma jagħmlulek xejn, għax jien inkun miegħek – oraklu tal-Mulej – biex neħilsek minnhom.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 31 ta’ Jannar: San Ġwann Bosco (TO). Qari: 2 Samwel 15:13-14.30; 16:5-13; Salm 3:2-7; Mark 5:1-20.
It-Tlieta 1 ta’ Frar: Ferja. Qari: 2 Samwel 18:9-10.14.21.24-25.30-19:3; Salm 85:1-6; Mark 5:21-43.
L-Erbgħa 2 ta’ Frar: Il-Preżentazzjoni tal-Mulej (F). Qari: Malakija 3:1-4; Salm 23:7-10; Lhud 2:14-18; Luqa 2:22-40.
Il-Ħamis 3 ta’ Frar: Ferja  / San Bjaġju, Isqof u Martri (T) / Sant’Oskar, Isqof (T). Qari: 1 Slaten 2:1-4.10-12; Salm 1 Kronaki 29:10-12; Mark 6:7-13.
Il-Ġimgħa  4 ta’ Frar: Ferja. Qari: Sirak 47:2-13; Salm 17:31.47.50-51; Mark 6:14-29.
Is-Sibt 5 ta’ Frar:  Sant’Agata, Verġni u Martri (TO). Qari: 1 Slaten 3:4-13; Salm 118:9-14; Mark 6:30-34.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content